Għan nanna s-sabiħa tiegħi ♥

Nanna SuntaGħal kemm ngħix mili l-bogħod, int kont dejjem miegħi f’ħajti. Jiena qatt ma waqaft naħseb fuqkhom nanna Sunta u nannu Anġlu. Ġew waqtiet fejn kont inkun imdejqa għax kont nibża li intkom forsi tistgħu tinsewni minħabba  d-distanza kbira li dejjem firditna.  Imma imbagħad nistabar għax għandi l-memorji tan-nannu u kif kien miegħi meta kont zgħira, u l-ittri li kien jitkibli, dawn l-ittri sejra nżommhom ma’ qalbi għal dejjem. Raġel sabiħ li nixtieq kont nafu ħafna aktar mill-memorji li għandi illum.

Imma int nanna Sunta, x-memorji sbieħ għandi tiegħek, memorji li ser jibqgħu stampati f’qalbi u f’moħħi. Waħda minn dawn il-memorji hi meta kont tmur fid-dar ta’ ziju Peppi u kont toqgħod titkellem mar-radju, jew titkellem waħdek waqt lis-ssajjar jew tnaddaf u ħija Nathan u jiena mifqugħin bid-daħk. Dik il-punt ta’ ħajtek ma nafx sew, imma inħossni fortunata ħafna li ta l-inqas f’dawn l-aħħar sentejn sirt nafek ftit aktar u stajt ingawdik kemm stajt,  jiena kuntenta ħafna għal fatt li ma kellix din l-opportunita man-nanniet l-oħra tiegħi.

Anke jekk meta ltqajna inti ma għaraftniex, ltqajna biex nanqqhek miegħi jew intik bewsa u ngħidlek li nħobbok miljun, kont tgħamilni wisq kuntenta  għax kont tgħatini tgħanniqa jew bewsa lura u tgħidli li tħobbni wkoll, u meta kont tarali  l-basket jew iċ-ċriekett f’subghajja, tgħidli kemm huma sbieħ. Imma l-aktar haġa li kont nieħu gost hi meta kont tiftakar ismi u kif kont tgħidu l-isem tiegħi – Charmina!… U xi ngħidu għall-konversazzjonijiet tagħna dwar ix-xemx u kemm kienet sħuna, jew biex nmorru il-baħar biex ngħowmu, jew kemm tħobb iċ-ċikkulata jew xi pasti.

Għal kemm li ma trabbejtx qribkhom  bħal tfal li trabbew qrib nanniet tagħhom, xorta kont dejjem inħossni  viċin tiegħek u tan-nannu, dejjem. Grazzi tal-mod li rabbejtu il-mummy tiegħi biex tkun il-mara li hi illum, mhux il-mummy biss, anzi z-zijiet kollha,  naf li ma kienetx ħaga faċli biex trabbi għaxart tit-tfal, għax għalkemm kienu ħafna inti u n-nannu tajtuhom ħajja xierqa.

Naf li issa tinsab kuntenta  għax qeda ma nannu Anġlu li naħseb żgur kien qiegħed jistenniek biex jerġa jarak.

Il-Mulej jagħtik il-mistrieħ ta’ dejjem nanna Sunta sabiħa tiegħi. Nispera li ġurnata għad niltaqgħu, ilkoll flimkien ħdejn il-Ħallieq tghana.

Dejjem f’qalbi u dejjem f’talbi.

In-neputija tieghek,

Charmina xx.

© Copyright Charmaine Cassar 2014

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: