Biex nipprattika nikteb l-lingwa Maltija

BOSMela se niprova nikteb posta bil-Malti. L-aħħar li ktibt posta kien xhur ilu. Dak, u għandi bżonn għall-prattika biex nikteb bil-Malti. Naħseb li se nagħmilha xi haġa frekwenti li nikteb bil-Malti fuq il-blog tiegħi. Forsi mhux se jkun Malti perfett, imma se nipprova. Għal dawk li qed jaqraw għall-ewwel darba il-blogg tiegħi, jiena twelidt hawn fl-Awstralja u il-Malti mhux l-ewwel ta’ lingwa tiegħi. Ommi u missieri dejjem jitkellmu miegħi bil-Malti, imma b’dispjaċir tiegħi dejjem nirrispondi bl-Ingliż. Nifhem kollox, imma biex nitkellem u nikteb haġa diffiċli.

Jien għandi suppost nagħmel il-HSC dis-sena fuq il-lingwa Maltija, u naħseb li rrid nressaq l-applikazzjoni xi ftit xhur oħra. Għandi biex nagħmel proġett fuq suġġett ta’ l-għażla tiegħi ħalli meta jevalwawlni, għandi xi haġa biex nitkellem dwarha. Kont se nagħżel l-istorja traġika ta’ Simon Bugeja, ibnu, missieru u dawk li kienu magħhom f’dak il-jum traġiku. Ir-rekwiżiti għall-HSC meta tagħżel suġġett huma li ssib sorsi u pubblikazzjonijiet li inti tista’ tirreferi għalihom waqt li qed tiġi eżaminata. Tkun tgħix taħt ġebla jekk ma tafx fuq il-film Simshar, prodott minn Rebecca Cremona. Kont fortunata ħafna li rajt dan il-film darbtejn  hawn f’Sydney. Inħobb dan il-film għal ħafna raġunijiet. Waħda minnhom huwa, għax kien film Malti, prodott f’Malta u huwa bil-Malti. It-tieni raġuni, hemm żewġ stejjer fil-film li jireflettu l-verita. U tliet raġuni hija, il-mod kif il-Gżejjer huma murija matul il-film kollu. Kemm ħassejtni kburija kbira meta rajt il-logħob tan-nar tal-festa f’Marsaxlokk, kelli tiċċita fuq ħalqi! Mela, kont se nuża dan il-film, u hemm għanja li ommi sabet. Nixtieq noqgħod bilqegħda u nittraduċi l-għanja kollha. Biċċa xogħol kbira, imma naħseb li tkun sfida tajba. U fl-aħħar hemm publikazzjoni oħra li nixtieq nuża, l-intervista ma’ Simon Bugeja fuq il-programm tat-televiżjoni Xarabank.

Charmaine with Rebecca Cremona, Simshar film director and producer 2015

Charmaine with Rebecca Cremona, Simshar film director and producer, 2015.

Ukoll, kont fortunata meta mort għall-premier ta’ Simshar f’Sydney fejn Rebecca Cremona għamlet Q&A wara li l-film ikkonkluda. Tat nebħ profond fuq il-verżjoni tal-ġrajjiet ta’ vera ta’ dak il-lejl traġiku. Naħseb li jekk nuża dawn is-sorsi, għandi biżżejjed biex nitkellem fuq is-suġġett.

Għandi bżonn nagħmel ħin biex nistudja għax m’għamiltx xejn dawn l-aħar xhur. Eċċitata ħafna biex nittraduċi dik l-għanja. Inħobb ħafna u nieħu gost meta għandi l-opportunità biex noqgħod naqleb xi kliem bil-Malti għall-Ingliż.

Kemm nixtieq li f’jum wieħed, naf il-lingwa Maltija daqshekk, li huwa daqs li kieku kont mrobbija hemm f’Malta, u nitkellem bil-Malti b’kunfidenza u b’sens, li nista’ nsir interpretu jew traduttur. Kemm inkun kuntenta b’ħajti jekk niġi għall dik il-livell!

Jekk nista’ ngħid imma, kemm imtejba minn meta għamilt l-isforz biex nitgħallem il-lingwa Maltija aktar milli diġa kont naf. Nista’ naqra u nikkrompenda attwalment x’qed naqra, għax qabel kont nista naqra, imma ma kontx naf x’qed naqra bis-sens, u issa nista’ nżomm konverżazzjoni ma’ xi ħadd. Ġejt ħafna l-quddiem milli kont, iżda għandi ħafna l-bogħod biex immur!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: